




|
|
Malti
|
IVVOTA
LIBERALI
|
TWAQQIF TA'
L-ALLEANZA LIBERALI
minn Dr. John Zammit
Forsi mhux kulħadd jaf li f'Malta hawn partit ġdid
liberali bl-isem ta' Alleanza Liberal-Demokratika
Malta, bejn għax għad ilu mwaqqaf minn Novembru 2006
u bejn għax għadu qed jirriorganizza l-uffiċċju u l-istruttura
tal-partit iżda l-aktar għax kemm ilu mwaqqaf dejjem
sab bojkott kontra tiegħu mill-medja Maltija tant li
l-attivitajiet li organizza jew kull meta bgħat xi
stqarrija għall-medja ma gabu xejn u ghalhekk ghal
hafna dan lanqas biss jeżisti.
|
Tgħidu imma xi skop hemm li l-medja
Maltija tagħmel dan. Kull min qed jara kif qed
tiżvolġi s-sitwazzjoni politika l-iktar bir-riżultat
ta' l-aħħar elezzjoni ġenerali tat-8 ta' Marzu 2008,
induna li l-partiti l-kbar tilfu l-maġġoranza ta'
50% + 1 vot. U din għalihom hija traġedja għax kif
issa ndunaw li bil-partiti ż-żgħar avolja dawn ta'
l-aħħar ma tellgħux membru parlamentari, iżda xorta
hadu d-daqqa li ma kienux qed jistennew għax issa t-tnejn
l-MLPN b'ta' l-aħħar li beda jsejjah lilu nnifsu
GONZIPN jinsabu mdendlin b'1,500 vot u biex jaqa' l-gvern
ta' GONZIPN ma jrid xejn.
L-istess ġara fl-elezzjoni tal-Parlament Ewropew ta'
Ġunju 2004, il-partiti l-kbar l-MLP u l-PN ma ġabux
il-50% u anzi bis-saħħa tal-voti li ġabu l-Alternattiva
Demokratika, li allura għal ftit ma' tellgħux siġġu
fil-Parlament Ewropew, komplew taw daqqa taħt żaqq
il-partiti l-kbar li sa anke ġabu riżultat kontra li
xtaqu tal-PN jiġifieri ta' żewġ membri parlamentari
Ewropej għall-PN u tlieta ghall-MLP meta kienu
tal-PN li qalu li daħħlu lil Malta fl-Unjoni
Ewropeja (avolja jien ngħid li bis-saħħa ta' Dom
Mintoff li dħalna għax waqqa' l-Gvern ta' Alfred
Sant għax kieku "bye bye EU".
Allura aħna ta' l-Alleanza Liberali issa t-tama
tagħna hija li l-poplu Malti peress li dħalna fl-Unjoni
Ewropeja jibda jitgħallem li fil-Parlament Ewropew
mhux sħab tal-PN l-EPP u tal-MLP il-PES biss hemm
iżda hemm diversita' akbar bħal Liberali li aħna
nirrappreżentawhom f'Malta u kien ġie l-leader
tagħhom Graham Watson jiltaqa' miegħi u l-kumitat
tagħna l-ALDM. Issa l-Liberali fl-Ewropa għandhom
104 membru parlamentari u allura kemm ta' l-EPP (sħab
il-PN) u kemm is-Soċjalisti (sħab l-MLP) biex
jgħaddu xi liġi mill-Parlament Ewropew bilfors iridu
l-voti tal-Liberali, inkella għalxejn. Jerġa' tal-Greens
(sħab l-Alternattiva li għandhom mal-50 MEP)
ġeneralment jivvotaw mal-Liberali u s-Soċjalisti u
allura sħab tal-PN generalment ma tgħaddix tagħhom.
Issa ma' dawn hemm tal-lemin estrem (il-faxxisti -
din mhix kelma pastaza izda kelma ta' sistema
politika u m'ghandniex ghalfejn naghmlu libelli jekk
insemmuha jew nikkundannawhom ghax din hija sistema
li tezisti fil-parlament Ewropew), hemm il-Komunisti,
hemm ix-xettiċi u b'kollox seba' gruppi. Il-poplu
Malti għalhekk għandu bżonn li jitgħallem bid-diversita'
u t-tipi differenti ta' gruppi politiċi li jeżistu
fl-Unjoni Ewropeja u jitgħallem jivvota differenti.
Hekk per eżempju aħna l-Maltin ngħidu biex ma
nħallux il-bajd kollu f'qoffa waħda biex jekk jiġri
xi ħaġa ma nitilfux kollox, iżda aħna nżidu wkoll li
jekk il-Maltin u l-Għawdxin iridu veru jġibu u
jakkwistaw dak kollu li huwa mportanti
għall-pajjiżna fl-elezzjoni tas-6 ta' Gunju li gej
għhandhom jaraw li s-sitt siġġijiet li se jkunu
allokati ghal Malta jitqassmu għall-inqas f'erba'
gruppi, jiġifieri 2 fl-EPP shab il-PN, 2 fil-PES,
sħab l-MLP, wieħed fil-Liberali, sħabna ta' l-Alleanza
Liberal-Demokratika u ieħor fil-Greens, sħab ta' l-Alternattiva
Demokratika. B'hekk inkunu nistgħu nagħmlu lobbying
fl-akbar erba' gruppi tal-Parlament Ewropew biex
dawn jappoġġjaw lill-pajjiżna. Barra minn hekk
nahsbu biex intellghu almenu tnejn membri
parlamentari nisa Maltin minn fost is-sitta. Issa
naf li s-sitt wiehed ghadu mhux ikkonfermat minhabba
li jonqos ir-ratifikar tal-Ftehim ta' Lisbona mill-Irlanda,
izda nistghu fl-elezzjoni nivvotaw biex intellghu
sitta fuq kwota ta' sitt siggijiet mill-ewwel u dak
li jigi s-sitt wiehed jiehu postu malli l-Irlanda
tirratifika t-trattat u b'hekk ma nergghux naghmlu
elezzjoni ohra.
Għal dawk interessati jkunu jafu aktar dwar l-Alleanza
Liberal-Demokratika Malta jistgħu jew jidħlu fil-website:
www.malta-liberals.org ,
www.freewebs.com/liberalalliance, jew jibgħatu
e-mail lil:
mail@john-zammit.eu
mensra@maltanet.net jew iċemplu: 21690365,
99459714, 99449157, 79056852 jew jirrikorru 67, Triq
is-Strait, (kantuniera ma' Triq it-Teatru) Valletta
VLT 1436 kull nhar ta' Sibt mill-10.00 a.m. 'il
quddiem. Ġranet oħra l-uffiċċju jiftaħ skond l-esigenzi,
speċjalment bl-appuntament peress li qed isiru l-preparamenti
għall-elezzjoni tal-Parlament Ewropew u allura l-kandidat
tagħna jkun jew qed jagħmel door to door jew inkella
jiltaqa' mal-kostitwenti kemm fl-istess uffiċċju jew
postijiet oħra.
|
|
|